21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/21
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2014 – Yoworld vs UASI – Nestlé (yogorino)
(Kawża T-246/14)
2014/C 235/29
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yoworld SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Tornato u D. Hazan, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 115/2013-2;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “yogorino” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 35, u 43 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 4 36 536
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja preċedenti Nru 7 2 56 829
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy