21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/23
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – Masafi vs UASI – Hd1 (masafi juice)
(Kawża T-248/14)
2014/C 235/31
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Masafi Co. LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: G. Hinarejos Mulliez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hd1 Ltd (Huddersfield, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 119/2013-4;
—
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti, jekk tiġi ammessa li tintervjeni, tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva sewda u bajda li fiha l-element verbali “masafi” għal prodotti fil-klassi 32
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 2 5 51 560 għall-kelma “masafi”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a), (b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy