24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/30
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-250/14)
2014/C 194/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Stothers, solicitor, M. Van Kerckhove u C. Simphal, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea, tat-13 ta’ Frar 2014, meqjusa taħt l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) bħala risposta negattiva li tirrifjuta li toħroġ kopji kompleti u mhux editjati ta’ korrispondenza ma’ żewġ Stati Membri rigward il-Pjanijiet Tranżitorji Nazzjonali (PTN) proposti tagħhom, li jeżentaw ċerti impjanti ta’ kombustjoni minn limiti ġodda ta’ emissjonijiet bejn l-2016 u l-2020;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrent.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta bbażat ruħha illegalment fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 f’każ fejn dan huwa prekluż b’mod speċifiku permezz tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset, illegalment, milli tinterpreta l-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 b’mod restrittiv kif mitlub permezz tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Århus.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kkonsultat illegalment terzi taħt l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 f’każ fejn huwa ċar li d-dokument kellu jiġi żvelat, u bbażat ruħha illegalment fuq din il-konsultazzjoni sabiex testendi ż-żmien tagħha biex tirrispondi.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset illegalment milli tqis liema partijiet minn dokument huma koperti b’eċċezzjoni u toħroġ il-bqija taħt l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li, billi dewmet l-aċċess, il-konvenuta naqset illegalment milli tipprovdi opportunitajiet bikrija u effettivi għall-pubbliku biex jipparteċipa fit-tħejjija, l-emenda u r-reviżjoni tal-PTN meta l-opzjonijiet kollha jkunu għadhom possibbli kif meħtieġ permezz tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(2) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006 L 264, p. 13)
Full & Egal Universal Law Academy