7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/36
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2014 – Promarc Technics vs UASI – PIS (Partijiet minn bieb)
(Kawża T-251/14)
2014/C 212/47
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Promarc Technics s.c. Tomasz Pokrywa, Rafał Natorski (Zabierzów, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Petrycki i Sorys sp.j. (PIS) (Jasło, il-Polonja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI), tad-29 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 1464/2012-3;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn Komunitarju Nruo1608365-0001
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: assenza ta’ element ġdid u ta’ karattru individwali tad-disinn Komunitarju rreġistrat
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: invalidità tad-disinn Komunitarju
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji
Full & Egal Universal Law Academy