4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/30
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – Chemo Ibérica vs UASI – Novartis (EXELTIS)
(Kawża T-252/14)
2014/C 253/44
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Chemo Ibérica, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: M. I. Escudero Pérez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 936/2013-4, li tirreġistra t-trade mark Komunitarja Nru 1 0 2 48 367“EXELTIS” fil-klassi 5 tan-Nomenklatura Internazzjonali;
—
tikkundanna lill-konvenut u/jew il-parti l-oħra għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanta għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EXELTIS” għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru 1 0 2 48 367
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Novartis AG
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EXELON” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy