24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/31
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2014 – Warenhandelszentrum vs UASI – Baumarkt Max Bahr (NEW MAX)
(Kawża T-254/14)
2014/C 194/40
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Warenhandelszentrum Ltd. (Neu-Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Hirschel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Baumarkt Max Bahr GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 2035/2012-1 u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha applikat ir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “NEW MAX”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 38 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 06 474
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Baumarkt Max Bahr GmbH & Co. KG
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “MAX”, għal servizzi fil-klassi 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għat-trade mark ikkonċernata miċħuda kompletament
Motivi invokati: ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti
Full & Egal Universal Law Academy