21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/24
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2014 – Aalto-korkeakoulusäätiö vs UASI (APPCAMPUS)
(Kawża T-255/14)
2014/C 235/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aalto-korkeakoulusäätiö (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: C. Tomás Pedro, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ Jannar 2014, (Każ R 713/2013-2) fil-parti fejn hija tikkonferma d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 1 34 485“APPCAMPUS” (trade mark verbali) fir-rigward ta’ softwer tal-kompjuter, apparat għar-reġistrazzjoni ta’ data manjetika, diski ta’ reġistrazzjoni, diski kumpatti, DVDs u mezzi oħra għal reġistrazzjoni diġitali fil-klassi 9 u servizzi teknoloġiċi u riċerka u disinn relatati magħhom, disinn u żvilupp ta’ softwer għall-kompjuter fil-klassi 42;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 1 34 485 tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “APPCAMPUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 38, 41 u 42
Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni parzjalment mhux eliġibbli għal reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata parzjalment annullata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c), (b), u (2) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy