4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/32
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2014 – Giuntoli vs UASI – Société des produits Nestlé (CREMERIA TOSCANA)
(Kawża T-256/14)
2014/C 253/46
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Andrea Giuntoli (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 886/2013-2;
—
tikkundanna lill-UASI u lil dawk li jopponu din it-talba għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CREMERIA TOSCANA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30, 35 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 5 49 346
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Société des produits Nestlé SA
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “la Cremeria”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata, oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy