24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/32
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Novomatic vs UASI – Berentzen Mally Marketing plus Services (BLACK JACK TM)
(Kawża T-257/14)
2014/C 194/41
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Berentzen Mally Marketing plus Services GmbH (Meerbusch, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 329/2012-4, bil-konsegwenza li l-UASI jkollu jiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha, minħabba nuqqas ta’ xebh tal-prodotti jew tas-sinjali jew minħabba nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni u jawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 9 4 56 278 kif intalab;
—
tikkundanna lill-UASI, u fil-każ ta’ intervent bil-miktub, lill-parti opponenti, għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-appell quddiem l-UASI u tal-proċeduri preżenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BLACK JACK TM” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 4 56 278
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Berentzen Mally Marketing plus Services GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali u figurattiva “BLACK TRACK”, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni parzjalment miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy