14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/20
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-259/14)
2014/C 223/25
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: L. Delvaux, aġent, assistit minn P. E. Partsch, A. Steichen, D. Waelbroeck, avukati, u D. Slater, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2014 li tordna lill- Lussemburgu sabiex jipprovdi informazzjoni dwar is-sistema ta’ tassazzjoni mid-dħul tal-proprjetà intellettwali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 1987 finali li permezz tagħha hija tordna lir-rikorrent, skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament 659/1999 (1), sabiex jipprovdi informazzjoni dwar is-sistema ta’ tassazzjoni mid-dħul tal-proprjetà intellettwali.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-258/14, Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-unjoni Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).
Full & Egal Universal Law Academy