21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/25
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Bionecs vs UASI – Fidia Farmaceutici (BIONECS)
(Kawża T-262/14)
2014/C 235/35
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bionecs GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Knitter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fidia Farmaceutici SpA (Abano Terme, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Frar 2014 , fil-Każ R 1179/2013-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BIONECS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 29 u 35 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 50 638
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “BIONECT” għal prodotti fil-klassi 5 irreġistrata bħala trade mark internazzjonali Nru 7 15 915
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy