24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/33
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2014 –Hansen vs UASI (WIN365)
(Kawża T-264/14)
2014/C 194/42
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Robert Hansen (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tal-20 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 908/2013-4;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali WIN365 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 38 u 41- Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 5 13 851
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy