24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/33
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2014 – Zehnder Group International AG vs UASI – Stiebel Eltron (comfotherm)
(Kawża T-267/14)
2014/C 194/43
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Zehnder Group International AG (Gränichen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stiebel Eltron GmbH & Co. KG (Holzminden, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tal-21 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 1318/2013-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “comfotherm” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11 – trade mark Komunitarja Nru 8 8 59 472
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Stiebel Eltron GmbH & Co. KG
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark verbali “KOMFOTHERM” għal prodotti fil-klassi 11
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata ma għaddietx mit-test tal-konstatazzjoni ta’ xebh tal-prodotti.
Full & Egal Universal Law Academy