4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/33
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – Lithomex vs UASI – Glaubrecht Stingel (LITHOFIX)
(Kawża T-273/14)
2014/C 253/48
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lithomex ApS (Langeskov, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Ullmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glaubrecht Stingel GmbH & Co.KG (Wendlingen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tbiddel id-deċiżjoni R 2280/2012-5 tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Frar 2014;
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sabiex turi li l-appell mid-Deċiżjoni Nru 5589 C tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-21 ta’ Novembru 2012 huwa miċħud;
—
tikkundanna l-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali LITHOFIX għal prodotti fil-klassijiet 19 u 31 – reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 7 5 04 368
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Glaubrecht Stingel GmbH & Co. KG
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – trade marks internazzjonali u nazzjonali verbali “LITHOFIN” għal prodotti fil-klassi 1
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mak Komunitarja ddikjarata invalida għall-prodotti kollha fil-klassi 19
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy