4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/34
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2014 – Dairek Attoumi vs UASI – Diesel (Ċinturin)
(Kawża T-278/14)
2014/C 253/49
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Mansour Dairek Attoumi (Badalona, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. M. Manresa Medina, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Diesel SpA (Breganze, l-Italja)
Talbiet
—
tpoġġi l-file lura għas-sitwazzjoni li kien fil-mument fil-proċeduri meta s-CD li jikkontjeni l-fatturi ġie kkomunikat lir-rikorrent, u tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Frar 2014 fil-każ R 855/2012-3; u sussidjarjament,
—
tpoġġi l-file lura għas-sitwazzjoni li kien qabel mal-Bord tal-Appell ħa d-deċiżjoni tiegħu, billi tannulla d-deċiżjoni kkontestata u billi tissospendi l-proċeduri sakemm jiġu fi tmiem il-proċeduri ġudizzjarji mressqa mill-proprjetarju tal-preżenti disinni Komunitarji kontra t-trade mark Internazzjonali Nru 6 08 499; u sussidjarjament,
—
tilqa’ r-rikors preżenti billi tiddikjara li l-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja ma ressqitx il-prova ta’ użu tat-trade mark tagħha u b’hekk, għal din ir-raġuni tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità; u sussidjarjament,
—
tilqa’ r-rikors preżenti billi tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fid-dawl tal-argumenti esposti;
—
flimkien ma’ dak kollu li ssemma iktar ’il fuq, tikkundanna lill-konvenut u lil kull parti oħra għall-proċeduri għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: rappreżentazzjoni ta’ ċinturin bl-element verbali “DIESEL” – Trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 1044150-0003
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Diesel SpA
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade marks verbali Komunitarji u Internazzjonali “DIESEL” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 24 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
il-fatt li naqas milli jipprovdi lir-rikorrent is-CD li jikkontjeni l-fatturi
—
il-fatt li naqas milli jissospendi l-proċeduri
—
ir-rikorrent huwa proprjetarju tat-trade mark Spanjola Nru 2 5 85 042“S.D.D. SUPER DIESEL DAIREK”
—
il-prova l-oħra tal-użu mressqa mill-applikant li ressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma hijiex suffiċjenti;
—
id-differenzi bejn is-sinjali
Full & Egal Universal Law Academy