14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/36
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2014 – Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-285/14)
2014/C 223/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wirtschaftsvereinigung Stahl (Düsseldorf, il-Ġermanja), Benteler Steel/Tube GmbH (Paderborn), BGH Edelstahl Freital GmbH (Freital), BGH Edelstahl Siegen GmbH (Siegen), BGH Edelstahl Lippendorf GmbH (Lippendorf), Buderus Edelstahl Schmiedetechnik GmbH (Wetzlar), ESF Elbe-Stahlwerke Feralpi GmbH (Riesa), Friedr. Lohmann GmbH Werk für Spezial- & Edelstähle (Witten), Outokumpu Nirosta GmbH (Krefeld), Peiner Träger GmbH (Peine), ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg), ThyssenKrupp Rasselstein GmbH (Andernach), ThyssenKrupp Electrical Steel GmbH (Gelsenkirchen), Pruna Betreiber GmbH (Grünwald), ThyssenKrupp Gerlach GmbH (Homburg), ThyssenKrupp Federn und Stabilisatoren GmbH (Hagen), Salzgitter Mannesmann Rohr Sachsen GmbH (Zeithain), HSP Hoesch Spundwand und Profil GmbH (Dortmund), Salzgitter Mannesmann Grobblech GmbH (Mülheim an der Ruhr), Mülheim Pipecoatings GmbH (Mülheim an der Ruhr), Salzgitter Mannesmann Stainless Tubes Deutschland GmbH (Remscheid), Salzgitter Hydroforming GmbH & Co. KG (Crimmitschau), Salzgitter Mannesmann Line Pipe GmbH (Siegen), Ilsenburger Grobblech GmbH (Ilsenburg) (rappreżentanti: A. Reuter, C. Arhold, N. Wimmer, F.-A. Wesche, K. Kindereit, R. Busch, A. Hohler u T. Woltering, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-Każ dwar Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) – Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa mnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija (ĠU C 37, p. 73, 7 ta’ Frar 2014);
—
tordna t-tgħaqqid ta’ din il-kawża mal-kawża mressqa mill-Ġermanja quddiem il-Qorti Ġenerali għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata (rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014);
sussidjarjament: tikkonsulta l-atti tal-imsemmija kawża dwar ir-rikors ippreżentat mill-Ġermanja;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.
1.
L-ewwel motiv: assenza ta’ vantaġġ
—
Ir-rikorrenti jsostnu li l-iskema ta’ kumpens speċjali prevista fil-Gesetz für den Vorrang erneuerbarer Energien (Liġi dwar l-għoti ta’ prijorità għall-enerġija rinnovabbli, iktar ’il quddiem l-“EEG”) ma timplika ebda vantaġġ għall-impriżi li huma utenti intensivi tal-elettriku fl-industrija tal-azzar, b’mod ġenerali, u, b’mod partikolari, għar-rikorrenti bin-numri 2 sa 24.
2.
It-tieni motiv: assenza ta’ vantaġġ selettiv
—
Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-iskema ta’ kumpens speċjali ma tipprevedi ebda vantaġġ selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE għar-rikorrenti.
3.
It-tielet motiv: assenza ta’ allokazzjoni ta’ riżorsi tal-Istat
—
Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-iskema ta’ kumpens speċjali ma hijiex għajnuna “mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.
4.
Ir-raba’ motiv: assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni
—
Ir-rikorrenti jsostnu li l-iskema ta’ kumpens speċjali ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
5.
Il-ħames motiv: assenza ta’ impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
—
Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-iskema ta’ kumpens speċjali lanqas ma għandha impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.
6.
It-sitt motiv: tneħħija jew limitazzjoni sostanzjali tal-iskema ta’ kumpens speċjali jiksru d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti
—
Ir-rikorrenti jsostnu li l-klassifikazzjoni tal-iskema ta’ kumpens speċjali bħala għajnuna jew limitazzjoni sostanzjali tal-iskema ta’ kumpens speċjali mhux biss imorru lil hinn mil-limiti tal-Artikolu 107 TFUE kif indikati b’mod ċar mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, iżda jiksru wkoll ir-rekwiżit fundamentali li oneru materjali għandu jkun legalment iġġustifikat. Għaldaqstant, tneħħija jew limitazzjoni sostanzjali tal-iskema ta’ kumpens speċjali jmorru wkoll kontra d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, b’mod partikolari kontra d-drittijiet tagħhom iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
7.
Is-seba’ motiv: l-iskema ta’ kumpens speċjali hija koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2002
—
Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li, permezz tad-deċiżjoni tagħha tat-22 ta’ Mejju 2002, il-Kummissjoni ddikjarat b’mod espliċitu li l-EEG u l-“iskema ta’ kumpens” prevista fiha ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa sabiex jiġu kklassifikati bħala għajnuna (1). Din id-deċiżjoni tkopri wkoll l-iskema ta’ kumpens speċjali.
8.
It-tmien motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni u eżami preliminari inadegwat
—
Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod adegwat, u għaldaqstant lanqas ma rrikonoxxiet, li r-regoli dwar eżenzjonijiet għal impriżi li huma utenti intensivi tal-enerġija huma ġġustifikati mill-għan, min-natura u mill-istruttura interna tal-EEG u għalhekk ma jikkostitwixxux vantaġġ selettiv.
9.
Id-disa’ motiv: ksur tad-dritt għal smigħ xieraq
—
Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kien imissha tathom il-possibbiltà jesprimu l-pożizzjoni tagħhom qabel ma adottat deċiżjoni b’konsegwenzi legali daqstant serji.
(1) Ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2002, innotifikata bin-numru C (2002) 1887 finali (Għajnuna mill-Istat NN 27/2000 – il-Ġermanja).
Full & Egal Universal Law Academy