28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/21
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2014 – Ċipru vs UASI
(Kawża T-292/14)
2014/C 245/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, u V. Marsland, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-19 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 1849/2013-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “XAΛΛOYMI” għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 5 78 473
Deċiżjoni tal-eżaminatur: rikors miċħud fl-intier tiegħu
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u (b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy