28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/21
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2014 – Ċipru vs UASI (HALLOUMI)
(Kawża T-293/14)
2014/C 245/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, u V. Marsland, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Frar 2014, mogħtija fil-Każ R 1503/2013-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HALLOUMI” għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 5 70 124.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda fl-intier tagħha.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) u (b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy