24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/35
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 – Seca Benelux et vs Il-Parlament
(Kawża T-311/14)
2014/C 194/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Seca Benelux SPRL (Brussell, il-Belġju); Groupe Seca SA (Valenciennes, Franza); u Seca Ingénierie SAS (Valenciennes) (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, tal-21 ta’ Frar 2014, li ma tingħażilx l-offerta li r-rikorrenti għamlu għall-għoti tal-kuntratt ta’ assistenza fil-ġestjoni teknika tal-bini tal-Parlament Ewropew fi Strasbourg (Sejħa għall-Offerti Nru INLO.AO-2013-003-STR-UGIMS-03) u li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor;
—
qabel ma taqta’ u tiddeċiedi, tordna lill-Parlament Ewropew jipproduċi d-dokumenti li ġejjin
—
il-lista tas-servizzi li jixxiebhu prinċipali pprovduti mill-offerent l-ieħor matul dawn l-aħħar tliet snin, li tindika l-ammonti, id-data u d-destinatarji, pubbliċi jew privati, tagħhom;
—
id-dokument jew id-dokumenti li jippruvaw il-kwalifiki akkademiċi u professjonali tal-persunal propost mill-offerent l-ieħor għat-twettiq tal-kuntratt u li jinkludu d-data rikjesta fil-paġni 11 sa 27 tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt u fil-minuti taż-żjara obbligatorja tal-bini u tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-offerenti;
—
id-dokument jew id-dokumenti li jippruvaw li l-Parlament kien tabilħaqq ivverifika jekk il-kwalifiki kollha akkademiċi u professjonali tal-persunal propost mill-offerent l-ieħor għat-twettiq tal-kuntratt li huwa kien irċeva kinux tabilħaqq konformi mad-dokumenti tal-kuntratt, b’mod partikolari fil-paġni 11 sa 27 tal-speċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt u fil-minuti taż-żjara obbligatorja tal-bini u tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-offerenti;
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ verifika tal-kriterji ta’ selezzjoni bi ksur tar-regoli tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament Nru 966/2012 (1) u tal-Artikolu 148 tar-Regolament ta’ Delega Nru 1268/2012 (2), tad-dokumenti tal-kuntratt u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi tal-offerenti, bi ksur tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament Nru 966/2012, tal-Artikoli 146(2) u 148 tar-Regolament ta’ Delega Nru 1268/2012, u tar-regoli stabbiliti fid-dokumenti tal-kuntratt, kif ukoll tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti.
(1) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).
(2) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy