14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/60
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 – Christian Dior Couture vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetittiv b’effett intaljat)
(Kawża T-313/14)
2014/C 223/62
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Christian Dior couture SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Sabatier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-4 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 459/2013-4, peress li din ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur, li tirrifjuta l-protezzjoni tas-sistema tat-trade mark Komunitarja għar-reġistrazzjoni internazzjonali li tirrigwarda l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva Nru 1 1 00 187 sabiex jindikaw ċerti prodotti indikati fil-klassijiet 9, 14, 18 u 25;
—
taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Nru 1 1 00 187 li tindika l-prodotti kollha indikati fil-klassijiet 9, 14, 18 u 25, u sussidjarjament għall-prodotti li l-użu tagħhom huwa espressament muri;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti inkorsi fil-proċedimenti quddiem l-UASI u fil-kuntest ta’ din il-proċedura, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ripetittiv b’effett intaljat għall-prodotti fil-klassijiet 9, 14, 18 u 25
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy