11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/24
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2014 – Borde u Carbonium vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-314/14)
2014/C 261/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alexandre Borde (Pariġi, Franza) u Carbonium (Pariġi) (rappreżentant: A. Herzberg, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenuta tad-19 u tal-20 ta’ Frar 2014, sabiex jintemm il-kompitu tal-ewwel rikorrent fir-rigward tal-programmi ta’ evalwazzjoni globali GCCA u tal-Intra-ACP GCCA;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, li jinkludi d-dritt għal smigħ tar-rikorrenti u l-obbligu ta’ motivazzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, billi l-konvenuta kisret id-drittijiet tar-rikorrenti fir-rigward ta’ trattament ġust, ekwu u mhux arbitrarju u d-dritt tar-rikorrenti għall-ħarsien tar-reputazzjoni tagħhom.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu użu ħażin tal-poteri tal-konvenuta.
Full & Egal Universal Law Academy