28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/22
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Mejju 2014 – PKK vs Il-Kunsill
(Kawża T-316/14)
2014/C 245/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kurdistan Workers’ Party (PKK) (rappreżentanti: A. van Eik, T. Buruma u M. Wijngaarden, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 (1) sa fejn jirrigwarda lill-PKK (magħruf ukoll bħala KADEK, magħruf ukoll bħala Kongra-GEL);
—
tiddetermina li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) ma japplikax għall-PKK (magħruf ukoll bħala KADEK, magħruf ukoll bħala Kongra-GEL);
—
sussidjarjament, tiddetermina li hemm bżonn ta’ miżura inqas restrittiva mit-tkomplija ta’ ismu fil-lista;
—
tiddeċiedi l-ispejjeż u l-interessi favur ir-rikorrenti
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.
1.
L-ewwel motiv jallega li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 huwa null sa fejn jikkonċerna lill-PKK u/jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 huwa inapplikabbli minħabba li l-liġi dwar il-kunflitt armat ma ġietx osservata.
2.
It-tieni motiv jallega li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 huwa null sa fejn jikkonċerna lill-PKK peress li l-PKK ma jistax jiġi kklassifikat bħala “organizzazzjoni terroristika” kif iddefinit fl-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3).
3.
It-tielet motiv jallega li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 huwa null sa fejn jikkonċerna lill-PKK għaliex ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni minn awtorità kompetenti, kif meħtieġ mill-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK.
4.
Ir-raba’ motiv jallega li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 huwa null sa fejn jikkonċerna lill-PKK peress li d-deċiżjoni hija parzjalment ibbażata fuq informazzjoni miksuba permezz tat-tortura jew it-trattament ħażin, u għalhekk ma ġewx irrispettati d-drittijiet fundamental u l-osservanza tal-prinċipji u l-promozzjoni tal-applikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
5.
Il-ħames motiv jallega li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 huwa null sa fejn jikkonċerna lill-PKK peress li l-Kunsill ma wettaqx stħarriġ xieraq kif meħtieġ mill-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK.
6.
Is-sitt motiv jallega li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 huwa null sa fejn jikkonċerna lill-PKK peress li d-deċiżjoni ma tosservax ir-rekwiżiti ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjità.
7.
Is-seba’ motiv jallega li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 huwa null sa fejn jikkonċerna lill-PKK peress li ma josservax l-obbligu ta’ motivazzjoni suffiċjenti skont l-Artikolu 296 TFUE.
8.
It-tmien motiv jallega li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 huwa null sa fejn jikkonċerna lill-PKK għaliex jikser id-dritt tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-PKK.
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014, tal- 10 ta’ Frar 2014, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(3) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
Full & Egal Universal Law Academy