11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/24
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn)
(Kawża T-317/14)
2014/C 261/47
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Toni Klement (Dippoldiswalde, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bullerjan GmbH (Isernhagen-Kirchhorst, il- Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrent
—
tirriforma d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tas-27 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 1656/2013-1 billi tilqa’ r-rikors ippreżentat mir-rikorrent u billi tħassar it-trade mark Komunitarja 4 0 87 731 fl-intier tagħha;
—
alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI u, jekk ikun xieraq, lill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja/intervenjenti possibbli għall-ispejjeż, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċedura quddiem l-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forn, għal prodotti fil-klassi 11 – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 4 0 87 731
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Bullerjan GmbH
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal revoka miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy