14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/61
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2014 – Vinnolit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-318/14)
2014/C 223/63
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vinnolit GmbH & Co. KG (Ismaning, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Geipel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) sa fejn tikkonċerna t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG għall-impriżi li huma utenti intensivi tal-elettriku;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tagħha u għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv: assenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE
—
Ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG prevista fil-Gesetz für den Vorrang erneuerbarer Energien (Liġi dwar l-għoti ta’ prijorità għall-enerġija rinnovabbli, iktar ’il quddiem l-“EEG”) fir-rigward tal-impriżi li huma utenti intensivi tal-elettriku jikkostitwixxi bidla f’mekkaniżmu ta’ kumpens rregolat mid-dritt ċivili. Dan it-tnaqqis ma jinvolvi ebda vantaġġ mogħti minn riżorsi tal-Istat jew minn riżorsi kkontrollati mill-Istat.
2.
It-tieni motiv: assenza, fi kwalunkwe każ, ta’ għajnuna ġdida
—
Ir-rikorrenti ssostni wkoll li t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG għal impriżi li huma utenti intensivi tal-elettriku ma huwiex għajnuna ġdida fis-sens tal-Artikolu 108 TFUE sa fejn il-mekkaniżmu ta’ finanzjament għas-sostenn tal-enerġija rinnovabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kien diġà ġie kklassifikat mill-Kummissjoni Ewropea bħala kompatibbli mad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat u minn dak iż-żmien lil hawn ma ġiex emendat b’mod sinjifikattiv.
3.
It-tielet motiv: ksur ta’ drittijiet fundamentali u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
—
Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni Ewropea ma eżerċitatx id-diskrezzjoni tagħha jew ma użathiex b’mod adegwat minħabba li, minn naħa, ma kkunsidratx il-konsegwenzi negattivi kunsiderevoli għall-impriżi kkonċernati li jirriżultaw mill-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali u, min-naħa l-oħra, fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni fi żmien meta din kienet għadha ma hijiex meħtieġa.
4.
Ir-raba’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
—
Ir-rikorrenti ssostni li, permezz tad-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ma osservatx l-aspettattivi leġittimi tal-impriżi kkonċernati peress li l-mekkaniżmu ta’ finanzjament għas-sostenn tal-enerġija rinnovabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kien diġà ġie kklassifikat mill-Kummissjoni Ewropea bħala kompatibbli mad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat u minn dak iż-żmien lil hawn ma ġiex emendat b’mod sinjifikattiv.
5.
Il-ħames motiv: użu ħażin tal-poter
—
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li, permezz tad-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni użat ħażin il-poter tagħha b’tali mod li llimitat b’mod mhux aċċettabbli l-marġni ta’ diskrezzjoni li tgawdi r-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt id-dritt primarju u sekondarju fir-rigward tal-organizzazzjoni tas-sostenn tal-enerġija rinnovabbli.
Full & Egal Universal Law Academy