7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/38
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – Drogenhilfe Köln Projekt vs UASI (Rauschbrille)
(Kawża T-319/14)
2014/C 212/49
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Drogenhilfe Köln Projekt gGmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schoene, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tad-29 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 1356/2013-1 u li l-kawża tinbagħat lura quddiem l-UASI għal eżami mill-ġdid.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Rauschbrille” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 44
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy