7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/39
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2014 – Volkswagen vs UASI (STREET)
(Kawża T-321/14)
2014/C 212/51
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 2025/2013-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “STREET” għal prodotti fil-klassijiet 12, 28 u 35
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy