11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/25
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 – Bankia vs UASI– Banco ActivoBank (Portugal) (Bankia)
(Kawża T-323/14)
2014/C 261/48
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bankia, SA (Valencia, Spanja) (rappreżentant: F. De Barba, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Banco ActivoBank (Portugal), SA (Lisbona, il-Portugall)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tal-14 ta’ Frar 2014, fil-Każijiet R 649/2013-2 u R 744/2013-2, sabiex l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 25 284“BANKIA” tingħata għall-prodotti u s-servizzi kollha;
—
tikkundanna lill-opponent u/jew lill-UASI għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent/appellant b’rabta ma’ dan l-appell
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Bankia” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9,16, 35, 36, 38, 41 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 25 284
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Banco ActivoBank (Portugal), SA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “BANKY” għal servizzi fil-klassi 36
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ta’ BANKIA S.A. miċħud u appell ta’ Banco ActivoBank (Portugal), SA milqugħ parzjalment, b’ċaħda tar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata għal firxa ikbar ta’ servizzi
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy