21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/27
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2014 – vs UASI
(Kawża T-325/14)
2014/C 235/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 922/2013-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 9 3 76 989
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Rezon OOD
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali “mobile” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u każ mibgħut lura quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
ksur tal-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-eċċezzjoni ta’ abbuż ta' dritt flimkien mal-Artikoli 56(1)(b) u 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy