28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/23
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2014 – Novomatic vs UASI – Granini France (HOT JOKER)
(Kawża T-326/14)
2014/C 245/31
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. M. Mosing, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Granini France (Macon, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tas-6 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 589/2013-2, bil-konsegwenza li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda u t-trade mark Komunitarja Nru 9 5 94 458 tiġi rreġistrata skont l-applikazzjoni għaliha;
—
tikkundanna lill-konvenut u – fil-każ li tintervjeni bil-miktub – lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u għandhom jikkumpensaw l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “HOT JOKER” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28 – trade mark Komunitarja applikazzjoni Nru 9 5 94 458
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Granini France
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “joker+” għal prodotti fil-klassijiet 28 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; ksur tal-Artikolu 75 et seq tar-Regolament Nru 207/2009; ksur tad-dmir tal-UASI li jeżerċita s-setgħat tiegħu skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy