14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/62
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2014 – Azarov vs Il-Kunsill
(Kawża T-331/14)
2014/C 223/64
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nruo208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 1), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti;
—
tordna ċerti miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni, b’mod partikolari, li l-motivazzjoni tal-atti ikkontestati ma tippermettilhiex tikkontesta l-imsemmija atti quddiem il-Qorti Ġenerali u ma tippermettix lill-Qorti Ġenerali tistħarreġ il-legalità tagħhom.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali
Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tinvoka ksur tad-dritt għall-proprjetà u ksur tad-dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika. Hija tinvoka, barra minn hekk, in-natura sproporzjonata tal-miżuri restrittivi imposti. Fl-aħħar nett, hija ssostni li d-drittijiet tagħha tad-difiża nkisru.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni, b’mod partikolari, li l-Kunsill wettaq użu ħażin ta’ poter għaliex adotta l-miżuri restrittivi kontriha prinċipalment għal finijiet differenti minn dawk li jissaħħaħ u jiġi sostnut l-istat tad-dritt u dak tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba
Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tinvoka, b’mod partikolari, ksur tad-dritt għal trattament imparzjali, ksur tad-dritt għal trattament ġust u xieraq u ksur tad-dritt għal investigazzjoni bir-reqqa tal-fatti.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni
Full & Egal Universal Law Academy