11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/26
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2014 – Roca Sanitario vs UASI – Villeroy & Boch (Vit)
(Kawża T-334/14)
2014/C 261/49
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Villeroy & Boch AG (Mettlach, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 812/2012-3;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, u fejn xieraq, lill-intervenjenti, jekk tintervjeni u topponi dan ir-rikors.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn ta’ vit – reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju Nru 1 264 568-0004
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Villeroy & Boch AG
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: assenza ta’ novità u ta’ karattru individwali fir-rigward tad-disinn ta’ vit tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell (Nru 00 584 560-0004)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002 flimkien mal-Artikolu 25(1)(b) tal-istess regolament
Full & Egal Universal Law Academy