11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/27
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2014 – Société des produits Nestlé vs UASI (NOURISHING PERSONAL HEALTH)
(Kawża T-336/14)
2014/C 261/50
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u S. Cobet-Nüse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 149/2013-4;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “NOURISHING PERSONAL HEALTH” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10, 41, 42 u 44 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 0 1 1 02 735.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy