11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/29
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – Cipriani vs UASI – Hotel Cipriani (CIPRIANI)
(Kawża T-343/14)
2014/C 261/53
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Arrigo Cipriani (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, S. Bergia, u G. Sironi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hotel Cipriani (Venezia, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrent
—
tħassar d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 224/2012-4 u tiddikjara n-nullità, skont l-Artikolu 52(1)(b) u l-Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 fir-rigward tal-Artikolu 8.3 tal-Kodiċi dwar il-Proprjetà Industrijali Taljan, tat-trade mark “Cipriani” Nru 115824 li l-proprjetarju tagħha huwa Hotel Cipriani, għall-prodotti u għas-servizzi kollha li għalihom t-trade mark hija rreġistrata jew;
—
sussidjarjament, għall-prodotti u għas-servizzi kollha barra mis-servizzi ta’ “lukandi u prenotazzjoni ta’ lukandi” jew;
—
sussidjarjament, fir-rigward ta’ servizzi ta’ “ristoranti, kafetteriji, postijiet publiċi għall-konsum tal-ikel, bars, provvista ta’ ikel u xorb, kunsinna ta’ xorb u xarbiet għal konsum immedjat” jew;
—
tirrinvija l-proċedimenti lill-UASI sabiex joħroġ id-dikjarazzjoni ta’ invalidità;
—
tordna r-rimborż sħiħ tal-ispejjeż sostnuti f’dawn il-proċeduri minn Arrigo Cipriani.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “CIPRIANI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 1 15 824
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Hotel Cipriani
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark ġiet irreġistrata in mala fides u kisret id-dritt għal isem personali magħruf “CIPRIANI”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 fir-rigward tal-Artikolu 8.3 tal-Kodiċi dwar il-Proprjetà Industrijali Taljan;
—
ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy