21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/29
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2014 – Lidl Stiftung vs UASI (Deluxe)
(Kawża T-344/14)
2014/C 235/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kefferpütz u A. Wrage, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1223/2013-1;
—
tiddikjara li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludux il-publikazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;
—
tirrinvija mill-ġdid l-applikazzjoni Nru 01 1 4 27 507 quddiem il-konvenut sabiex jagħti deċiżjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “Deluxe”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 29, 30, 31, 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 4 27 507
Deċiżjoni tal-eżaminatur: talba miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy