21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/30
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – Quanzhou Wouxun Electronics vs UASI – Locura Digital (WOUXUN)
(Kawża T-345/14)
2014/C 235/41
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Quanzhou Wouxun Electronics Co. Ltd (Quanzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Locura Digital, SL (Granollers, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 407/2013-4;
—
tordna lill-UASI sabiex jirrifjuta l-għoti tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 72 478“WOXUN” totalment;
—
tikkundanna lil Locura Digital, SL sabiex tbati l-ispejjeż tal-kawża
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Locura Digital, SL
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali WOUXUN għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39 u 42 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 72 478
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali WOUXUN għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 38
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy