28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/25
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2014 – The Smiley Company vs UASI – The Swatch Group Management Services (HAPPY TIME)
(Kawża T-352/14)
2014/C 245/33
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I. Helbig, P. Hansmersmann u S. Rengshausen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Swatch Group Management Services AG (Biel, l-Isvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 1497/2013-1;
—
tiċħad l-oppożizzjoni permezz ta’ bidla fid-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna lill-UASI jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u tordna lill-intervenjenti tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HAPPY TIME” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 06 813
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: The Swatch Group Management Services AG
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali, li tindika lill-Unjoni Ewropea, tat-trade mark verbali “HAPPY HOURS” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 37
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy