7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/43
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-353/14)
2014/C 212/55
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/276/14 amministraturi (AD 5) għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għal 137 pożizzjoni sabiex jiġu koperti pożizzjonijiet vakanti ta’ amministraturi (AD 5), ippubblikat fIl-Gazzetta Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Marzu 2014 Nru. C 74 A;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma l-istess bħal-dawk invokati fil-Kawża T-275/13, l-Italja vs Il-Kummissjoni (ĠU 2014, C 74 A, p. 4).
Full & Egal Universal Law Academy