4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/41
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – Comercializadora Eloro vs UASI – Zumex Group (zumex)
(Kawża T-354/14)
2014/C 253/55
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Comercializadora Eloro, SA (Ecatepec, il-Messiku) (rappreżentant: J. L. de Castro Hermida, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zumex Group, SA (Moncada, Spanja)
Talbiet tal-partijiet
—
tikkunsidra, abbażi tal-provi dokumentali prodotti fil-proċedura amministrattiva u ta’ dawk prodotti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, li r-rikorrenti ppruvat suffiċjentement l-użu tat-trade mark preċedenti tagħha “JUMEX” għal meraq tal-frott fil-klassi 32;
—
tiċħad, ladarba l-użu tat-trade mark prijoritarja mir-rikorrenti huwa ppruvat, l-applikazzjoni għat-trade mark “ZUMEX” għall-prodotti kollha fil-klassi 32 peress li teżisti probbabbiltá ta’ konfużjoni għall-konsumatur li tirriżulta mill-fatt li ż-żewġ trade marks jikkondividu l-istess suq, fid-dawl tax-xebh fl-ismijiet tagħhom u tal-fatt li dawn għandhom l-istess użu.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Zumex Group, SA
Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “zumex” għal prodotti fil-klassi 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 8 45 598
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “JUMEX” għal prodotti fil-klassi 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati:
—
Dwar il-prova ta’ użu tat-trade mark preċedenti
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy