4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/43
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – Experience Hendrix vs UASI – JH Licence (Jimi Hendrix)
(Kawża T-357/14)
2014/C 253/57
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Experience Hendrix LLC (Tukwila, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Vanhegan, Barrister u P. Gardiner, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: JH Licence GmbH (Pommelsbrunn, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 782/2012-4;
—
tiddikjara li t-trade mark Komunitarja kkontestata hija invalida;
—
tikkundanna lill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja jħallas l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Jimi Hendrix” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 15 – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 4 6 26 685
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: JH Licence GmbH
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ksur tal-Artikoli 52(1)(b) u 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 53(2)(a) u tal-Artikolu 78 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy