4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/44
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – Hoteles Catalonia vs UASI – Caixa d’Estalvis de Catalunya (HOTEL CATALONIA LA PEDRERA)
(Kawża T-358/14)
2014/C 253/58
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hoteles Catalonia, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Grau Mora, A. Torrente Tomás u Y. Sastre Canet, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Caixa d’Estalvis de Catalunya (Barcelona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 Frar 2014, fil-Każ R 1227/2013-1, li tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 63 814“HOTEL CATALONIA LA PEDRERA” ta’ HOTELES CATALONIA S.A., li konsegwentement għandha tkun irreġistrata mill-UASI;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HOTEL CATALONIA LA PEDRERA” għal servizzi fil-klassi 43 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 63 814
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Caixa d’Estalvis de Catalunya
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Komunitarja u nazzjonali “LA PEDRERA” għal servizzi fil-klassi 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: opożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy