4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/44
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2014 – Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI – Accelerate (COLOMBIANO COFFEE HOUSE)
(Kawża T-359/14)
2014/C 253/59
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Federación Nacional de Cafeteros de Colombia (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Accelerate s.a.l. (Bejrut, il-Libanu)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tibdel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1200/2013-5 b’mod li jiġi ddikjarat li f’dan il-każ huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni, kemm tar-raġuni relattiva ta’ invalidità msemmija fl-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, kemm tar-raġuni assoluta ta’ invalidità msemmija fl-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, jew kif ukoll tar-raġuni ta’ invalidità prevista fl-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 510/2006; u fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha li kontrihom qed titressaq it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;
—
jew, alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-prodotti “ross, tapjoka, sagu; dqiq u preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali; ħobż, għaġina u ħlewwiet; ġelati li jittieklu; għasel; għasel iswed; ħmira, trab tal-ħami; melħ, mustarda; ħall, zlazi (kondimenti); ħwawar; silġ” fil-klassi 30 u għas-“servizzi ta’ provvista ta’ ikel u ta’ xorb; Akkomodazzjoni temporanja” fil-klassi 43;
—
u, fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva bl-elementi verbali “COLOMBIANO COFFEE HOUSE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30 u 43 – trade mark Komunitarja Nru 4 6 35 553
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Accelerante s.a.l.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: l-indikazzjoni ġeografika protetta “Café de Colombia”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 510/2006;
—
ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 510/2006;
—
ksur tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(k) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy