4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/45
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2014 – Švyturys-Utenos Alus vs UASI – Nordbrand Nordhausen (KISS)
(Kawża T-360/14)
2014/C 253/60
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Švyturys-Utenos Alus UAB (Utena, il-Litwanja) (rappreżentanti: R. Žabolienė u I. Lukauskienė, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nordbrand Nordhausen GmbH (Nordhausen, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tas-17 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1302/2013-4; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali KISS għal prodotti fil-klassi 33 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 20 565
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Nordbrand Nordhausen GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali CRISS għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-diviżjoni tal-oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Motivi invokati:
—
ksur tar-Regola 20(7)(ċ) meħuda flimkien mar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 flimkien mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy