4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/48
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2014 – August Storck vs UASI (2good)
(Kawża T-366/14)
2014/C 253/63
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, A. Richter, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 996/2013-1;
—
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu stess u dawk tar-rikorrenti
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “2good” għal prodotti fil-klassi 30 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 133 636
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy