11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/33
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2014 – August Storck vs UASI – Chiquita Brands (Fruitfuls)
(Kawża T-367/14)
2014/C 261/57
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, A. C. Richter, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chiquita Brands LLC (Charlotte, l-Istati Uniti)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Marzu 2014 mogħtija fil-Każ R 1580/2013-5;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti u, fil-każ li Chiquita Brands LLC tintervjeni fil-proċedura, tikkundannaha għall-ispejjeż tagħha.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “Fruitfuls” għal prodotti fil-klassi 30 – Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 0 14 519
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Chiquita Brands LLC
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark irrevokata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy