4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/49
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2014 – Sequoia Capital Operations vs UASI – Sequoia Capital (SEQUOIA CAPITAL)
(Kawża T-369/14)
2014/C 253/64
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sequoia Capital Operations LLC (Menlo Park, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Delord u A. Rendle, Solicitors, u G. Hollingworth, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sequoia Capital LLP (Londra, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1457/2013-4;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom stess fil-proċedimenti quddiem l-UASI u fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “SEQUOIA CAPITAL” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42 – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 7 4 65 347
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Sequoia Capital LLP
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali Nru 4 1 02 141“SEQUOIA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy