11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/35
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2014 – HK Intertrade vs Il-Kunsill
(Kawża T-372/14)
2014/C 261/60
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: HK Intertrade Co. Ltd (Wanchai, Hong-Kong) (rappreżentanti: J. Grayston, Solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, D. Sellers u N. Pilkington, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014, indirizzata lill-avukati tar-rikorrenti, dwar l-eżami mill-ġdid tal-lista ta’ persuni u entitajiet inklużi fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, u fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi rifjut ta’ tneħħija tar-rikorrenti mil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi;
—
tgħaqqad din il-kawża mal-Kawża T-159/13 skont l-Artikolu 50(1) tar-Regoli tal-Proċedura;
—
tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, ibbażati fuq motivazzjoni insuffiċjenti u fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
Ir-rikorrenti targumenta li għalkemm hija sussidjarja tal-kumpannija National Iranian Oil Company (NIOC), li hija elenkata fil-lista, il-Kunsill ma ssostanzjax li dan jimplika vantaġġ ekonomiku għall-Istat Iranjan li jkun kuntrarju għall-għan segwit mill-miżuri kkontestati. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kunsill fil-fatt qatt ma kien identifika lir-rikorrenti u li dan l-iżball ma jistax jiġi rrimedjat permezz ta’ rettifika, kif għamel il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy