11.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 261/36
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2014 – Petro Suisse Intertrade vs Il-Kunsill
(Kawża T-373/14)
2014/C 261/61
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Petro Suisse Intertrade Co. SA (Pully, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Grayston, Solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, D. Sellers u N. Pilkington, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014, indirizzata lill-avukati tar-rikorrenti, li tirrigwarda l-eżami mill-ġdid tal-listi tal-persuni u entitajiet fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, u fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi rifjut li isem ir-rikorrenti jitneħħa mil-lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi;
—
tgħaqqad din il-kawża mal-Kawża T-156/13 skont l-Artikolu 50(1) tar-Regoli tal-Proċedura;
—
tordna li l-Kunsill ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, li jallegaw insuffiċjenza fil-motivi u li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
Ir-rikorrenti targumenta li għalkemm hija sussidjarja tal-kumpannija inkluża fil-lista National Iranian Oil Company (NIOC), il-Kunsill ma pprovax li dan jinvolvi xi benefiċċju ekonomiku għall-Istat Iranjan li jmur kontra l-għan imfittex mill-miżuri kkontestati.
Full & Egal Universal Law Academy