28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/26
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Yassin vs Il-Kunsill
(Kawża T-376/14)
2014/C 245/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: J. Bellis, R. Luff, A. Bailleux, Q. Declève, P. Vovan, S. Rowe u A. Yehia, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorenti
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-Deċiżjoni 2014/153, sa fejn din tipproroga, sat-22 ta’ Marzu 2015, il-miżuri restrittivi kontra r-rikorrent li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-375/14, Al Naggar vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy