1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/46
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2014 – Universal Music vs UASI – Yello Strom (Yellow Lounge)
(Kawża T-379/14)
2014/C 292/56
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Universal Music GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Viefhues, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Yello Strom GmbH (Köln, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 274/2013-4; u
—
tikkundanna lill-konvenut u jekk ikun il-każ lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Yellow Lounge” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 33 421
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Yello Strom GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “Yello” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 7, 9, 16, 35, 38, 41, 42 u 45
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motiv invokat: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy