25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/39
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – Rintisch vs UASI – Compagnie laitière européenne (PROTICURD)
(Kawża T-382/14)
2014/C 282/51
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compagnie laitière européenne SA (Conde Sur Vire, Franza)
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Marzu 2014, mogħtija fil-Każ R 609/2011-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PROTICURD” għal prodotti fil-klassijiet 5 u 29 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 9 81 041 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks Ġermaniżi Nri 397 02 429, 3 9 5 49 559 u 3 9 6 08 644
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy